“It-tibdil fil-klima hija l-akbar theddida għall-futur tagħna,” saħaq dan l-Ispeaker Anglu Farrugia waqt l-indirizz tiegħu f’Ruma waqt il-Pre-COP26 Laqgħa Parlamentari.
Din il-laqgħa ġiet organizzata b’mod konġunt mal-Inter-Parliamentary Union u l-Parlament Taljan.
Farrugia tkellem b’mod iddettaljat dwar l-Att tat-Tibdil fil-Klima, li ddaħħlet fis-seħħ fil-Parlament is-sena li għaddiet.
Spjega kif għandna rwol kritiku biex nidentifikaw miżuri sostenibbli biex innaqqdu l-emissjonijiet f’diversi setturi li jinvolvu l-enerġija, il-bini, it-trasport, l-industrija fost oħrajn.