Ġiet imħabbra estensjoni fl-iskema Business Enhance ERDF Grant Schemes li toffri opportunità lill-intrapriżi żgħar u medji biex ikabbru l-operat tagħhom hekk kif jinċentivaw aktar investiment.
Issa l-iskadenza l-ġdida sabiex wieħed japplika għal dawn l-iskemi hija Marzu li ġej.
Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrino Azzopardi waqt żjara ġewwa l-Malta School of Flying Company Ltd, li wkoll ibbenefikat minn din l-iskema.
B’kollox kien hemm 421 kumpanija li gawdew minn dawn l-iskemi li ġew imsarrfa f’497 proġett.
Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi stqarr: “Għad fadal madwar 6 miljun ewro li wieħed jista’ japplika għalihom għal dawn il-kumpaniji ta’ daqs żgħir u medju li permezz tagħhom jistgħu jieħdu numru ta’ inizjattivi ta’ investiment li permezz ta’ dawn il-fondi tal-Unjoni Ewropea jistgħu ikomplu jtejbu l-operat tagħhom.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta School of Flying, Peter Fenech stqarr kif dawn l-iskemi ppermettew iżjed investiment saħansitra anke waqt il-pandemija.
Huwa sostna: “Bis-saħħa tagħha ser inkunu nistgħu nkabbru l-capacity tal-operat ser inkunu qed noffru iktar backup bħala ajruplani. Komplejna nkabbru l-fleet bis-saħħa ta’ dan l-ajruplan.”