Fil-Ħamrun il-pulizija għamlet rejds f’żewġt iħwienet differenti ftit ’il bogħod minn xulxin, fi Triq Ħal-Qormi u Triq Dun Nerik Cordina Perez.
Fl-istess ħin, il-Pulizija għamlet rejd fi Ġnien Sitta t’Awwissu fil-Marsa.
ONE News jinsab infurmat li dawn l-operazzjonijiet seħħew b’ħidma konġunta bejn diversi fergħat tal-Pulizija, fosthom il-Pulizija tad-Distrett, tal-RIU, it-Taqsima ta’ Kontra d-Droga, tal-Immigrazzjoni u t-Taqsima tal-Klieb.
Dawn seħħew wara diversi rapporti mir-residenti tal-lokalitajiet.
ONE News segwa wkoll l-arrest ta’ persuna.
ONE News huwa infurmat li sa issa ma nstabu ebda kwantitajiet kbar ta’ droga, iżda diversi persuni nstabu b’dokumenti li għadhom iridu jiġu verifikati.