Servizz.gov ikompli jkabbar is-servizz li jingħata wiċċ imb’wiċċ fil-qalba tal-komunità billi jiftaħ ċentru reġjonali ġdid fis-Siġġiewi, fiċ-Ċentru Ċiviku ġewwa Pjazza San Nikola. B’hekk issa servizz.gov jopera minn tnejn u għoxrin ċentru reġjonali u minn żewġ ċentri oħra tekniċi.
Dan iċ-ċentru beda jiftaħ għall-pubbliku mit-8 ta’ Ottubru kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa, mit-tmienja ta’ filgħodu sas-siegħa ta’ waranofsinhar, b’ħinijiet estiżi nhar ta’ Tlieta mill-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar sas-sebgħa ta’ filgħaxija.
Barra minn hekk, servizz.gov biddel xi ħinijiet tal-ftuħ għal diversi ċentri reġjonali sabiex ikun iktar disponibbli skont id-domanda taċ-ċittadin. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma hekk:
Il-Ħamrun, iż-Żejtun, Raħal Ġdid, il-Mosta, Ħaż-Żabbar, iż-Żurrieq, il-Qawra u Ħal Qormi jiftħu:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – 08:00-14:00
L-Erbgħa – 16:30-19:00
Is-Sibt – 08:00-13:00
Ħaż-Żebbuġ, il-Belt Valletta, l-Imsida, ir-Rabat, Birkirkara u l-Birgu jiftħu:
It-Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt – 08:00-13:00
It-Tnejn – 16:30-19:00
Tas-Sliema, il-Fgura, Ħal Luqa, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Lija u s-Siġġiewi jiftħu:
It-Tlieta u l-Ġimgħa – 08:00-13:00
It-Tlieta – 16:30-19:00
Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ servizz.gov jista’ jagħmel dan billi jżur wieħed miċ-ċentri msemmija hawn fuq jew billi jċempel Freephone 153 jew permezz ta’ ittra elettronika lil servizz@gov.mt.