ONE News jinsab infurmat li ħadd ma weġġa’ gravi wara li waqa’ saqaf fi Triq il-Palm, Raħal il-Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:40 ta’ dalgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Pulizija u tim mediku.
L-investigazzjonijet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.