Numru ta’ studenti flimkien ma’ għalliema mill-iskola sekondarja St. Michael ħejjew żewġ kartolini b’solidarjetà ma’ Jaiteh Lamin, ir-raġel li allegatament tħalla mal-art wara inċident li kellu fuq il-post tax-xoħgol.
L-inizjattiva fl-iskola nbdiet wara li nħass il-bżonn li bħala skola jawguraw fejqan ta’ malajr lil Lamin filwaqt li jwasslu messaġġ ta’ għaqda.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, l-iskola stqarret kif il-konkorrenza għal din is-sejħa kienet qawwija, b’numru ta’ studenti u għalliema esprimew l-awgurju għall-fejqan ta’ malajr.
Il-kartolini twasslu għand Lamin minn għalliema fl-isptar, bl-għalliema jgħidu li l-kartolini emozzjonaw lil Lamin filwaqt li rringrazzja lill-iskola għall-ħsieb tagħhom f’dan il-mument diffiċli.
Barra minn hekk, fl-aħħar ġranet numru ta’ nies ġabru aktar minn €31,000 b’risq il-vittma, filwaqt li l-iskola sekondarja St. Elias ukoll ħejjiet kartolina ta’ solidarjetà lil Lamin.