Il-Pulizija Amerikana li bħalissa għaddejja bl-investigazzjonijiet tal-mewt tal-kantant Prince, talbet l-għajnuna mill-Amministrazzjoni tal-Infurzar tad-Droga. Dan wara li nstabu għadd ta’ mediċini kontra l-uġiegħ fil-pussess tal-kantant. Uffiċċjali tal-pulizija għadhom iridu jikkonfermaw xi rwol dawn seta’ kellhom fil-mewt tal-leġġenda mużikali.
Riżultati mill- Awtopsja li saret il-ġimgħa ‘l għaddiet kkonfermaw li dan mhux każ ta’ suwiċidju minkejja li r-riżultati uffiċċjali għadhom iridu jinħarġu. Ma kien hemm ebda sinjali ta’ trawma fiżika fuq il-katavru, li tissuġġerixxi ukoll li il-kantant kien waħdu fil-ħin ta’ mewtu.