Dalgħodu membri mill-Korp tal-Pulizija flimkien ma’ tal-Explosive Ordnance Disposal issejħu fi Triq il-Ħarrub fl-Imsida.
Dan wara rapport ta’ splussiv ma’ karozza li tinsab ipparkjata f’din it-triq li rriżulta fin-negattiv.
It-triq kienet magħluqa għat-traffiku għal xi ħin.
Minn fuq il-post saħansitra ġew evakwati r-residenti ta’ din it-triq u anke l-ħaddiema li jaħdmu f’kumpaniji tal-Wied tal-Imsida, hekk kif din it-triq tagħti eżatt għal fuq il-Wied.
Wara li l-investigazzjonijiet irriżultaw fin-negattiv, in-nies tħallew imorru lura f’darhom.
Fuq il-post issejħu wkoll membri tal-Forensika mill-Korp tal-Pulizija.