Ir-rappreżentanti Malti tad-Dar Imperjali Russa għadhom kemm irritorna f’Malta minn San Pietruburgu fir-Russja, fejn hemmhekk ipparteċipaw f’diversi ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tieġ Imperjali li sar fir-Russja, wara r-rivoluzzjoni tal-1917.
Il-kontiġent Malti kien magħmul mill-Konti Peter Sant Manduca, il-Kontessa Alexandra Sant Manduca u n-Nobbli Irina Malkova, Gabriel L. Zammit, Martin Bonnici u Marco Spiteri Binett. Huma ngħaqdu ma’ bosta persuni aristokratiċi Ewropej, f’diversi okkażjonijiet reliġjużi u soċjali li sarbu bejn it-30 ta’ Settembru u t-2 ta’ Ottubru li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Malta għandha relazzjoni b’saħħitha mad-Dar Imperjali Russa. Fl-2017, il-Kap preżenti tad-Dar Imperjali Romanov u l-Gran Dukessa Maria żaru pajjiżna.