Kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Adrian Hillman, l-eks direttur maniġerjali tal-Allied Newspapers, il-kumpanija li tippubblika t-Times.
Hillman qed jiġi akkużat b’reati ta’ frodi u ħasil ta’ flus fost l-oħrajn.
Fil-Qorti xehed uffiċjal mill-Malta Enterprise, li spjega li l-Malta Enterprise rċeviet proposta ta’ investiment minn Progress Press, biex tixtri tliet magni tal-istampar, bl-investiment kollu stmat għal aktar minn ħames miljun ewro.
Fl-ewwel letter of intent, il-Malta Enterprise offriet għotja fi flus u sussidju fuq ir-rata tal-imgħax biex tgħin fil-finanzjament tal-investiment, iżda l-kumpanija eventwalment għażlet kontra s-sussidju tar-rata tal-imgħax minħabba li ma kinitx se tieħu self għall-investiment.