Ilbieraħ, passiġġier b’passaport Ingliż li kellu titjira għal Istanbul, mar fl-Uffiċċju tad-Dwana fis-Sala tat-Tluq tal-Ajruport u ddikjara l-ammonti fi flus ta’ aktar minn wieħed u tmenin elf ewro, u mija u ħamsa u sittin sterlina.
Minkejja dan, meta kien mistoqsi dwar l-oriġini tal-flus u l-intenzjoni tiegħu għal kif se jużahom, il-passiġġier ma rnexxilux jikkonvinċi lill-awtoritajiet dwar il-leġittimità tal-fondi.
Għal din ir-raġuni, il-flus inżammu mid-Dwana skont il-liġi ta’ Malta sakemm issir l-investigazzjoni.
L-FIAU u t-Taqsima tal-Pulizija kontra r-Reati Finanzjarji ġew mgħarrfa b’dan il-każ.