Mal-mitejn u sittax-il elf tifel u tifla sfaw vittmi ta’ abbuż minn membri tal-kleru Kattoliku fi Franza f’dawn l-aħħar sebgħin sena.
Dan intqal mill-kap ta’ bord li qed jinvestiga l-abbużi mill-membri tal-knisja mill-elf disa’ mija u ħamsin ’l hawn.
Jean-Marc Sauvè kien qed jitkellem fit-tnedija ta’ rapport dettaljat dwar dawn l-abbużi, meta qal li n-numru ta’ vittmi kapaċi jitla sa tliet mija u tletin elf jekk wieħed jinkludi l-abbuż minn membri lajċi tal-Knisja.
Wieħed mill-vittmi sejjaħ ir-rapport bħala punt ta’ tluq għall-bidla fl-istorja tal-knisja fi Franza.
Ir-rapport huwa bbażat fuq l-arkivji tal-Knisja, Qrati u Pulizija u anki intervisti li saru mal-vittmi nfushom.
L-inkjesta kienet ikkummissjonata mill-Knisja Kattolika Franċiża fl-elfejn u tmintax, wara numru ta’ skandli f’pajjiżi oħra.