Filmat li qed idur sew fuq il-midja soċjali, juri ajruplan tal-linja tal-ajru Air India li weħel taħt pont fil-kapitali Delhi.
L-ajruplan skrappjat, li kien irrappurtat li nbigħ, kien qed jiġi trasportat meta weħel taħt il-pont.
Il-filmat juri t-traffiku għaddej minn maż-żewġ naħat tal-ajruplan li tneħħewlu l-ġwienaħ biex ma jkunx hemm periklu.
Ġurnalist li xerred il-filmat, qal li l-Air India qalet li l-linja tal-ajru m’għandha l-ebda rabta mal-ajruplan peress li nbigħ.
Uffiċjali fl-ajruport ta’ Delhi qalu li l-ajruport ma jifformax parti mill-flotta fl-ajruport tal-kapitali.
Il-filmat inxtered minn eluf ta’ persuni fuq Twitter u YouTube, fejn ħafna qed jistaqsu kif irnexxielu jeħel u kif kien għaddej minn taħt il-pont.