Illum meta fetaħ il-Parlament wara l-vaganzi tas-sajf, il-Ministru għall-Ugwaljanza ir-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara l-Covid-19, ressaq għall-ewwel qari, l-abbozz ta’ liġi għar-riforma fil-liġi tal-kannabis.
Fuq twitter, il-Ministru Owen Bonnici qal li l-Gvern qed jippreżenta qafas legali ġdid li jirregola l-użu responsabbli tal-kannabis.
Saħaq li din ir-riforma tkompli turi li l-Gvern huwa impenjat li jkun fuq quddiem f’bidla progressiva f’pajjiżna.
Nhar il-Ġimgħa li għadda, meta kien qed jitlaqqa’ l-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li l-Gvern se jippreżenta abbozz ta’ liġi ambizzjuż dwar l-użu responsabbli tal-kannabis.
Dan wara li l-Gvern kien fetaħ konsultazzjoni permezz anki ta’ White Paper.