Il-Mibgħut tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-Sirja ħeġġeġ lill-Istati Uniti u lir-Russja biex b’mod urġenti jintervjenu fit-taħdidiet dwar il-kriżi fis-Sirja.
Qal li l-waqfien mill-ġlied miftiehem fi Frar li għadda, bilkemm għadu jeżisti.
Dan hekk kif il-vjolenza fis-Sirja żdiedet b’mod allarmanti fl-aħħar jiem.
Infatti l-Erbgħa inqatlu mal-għoxrin persuna f’attakki tal-Gvern fuq sptar u bini residenzjali f’Aleppo.