Fl-aħħar sigħat fiequ 30 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 10 każijiet, biex il-każijiet attivi niżlu għal 293.
Sal-bieraħ, ingħataw 827,961 doża tal-vaċċin, li minnhom 15,008 kienu dożi addizzjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 6 persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, filwaqt li m’hemm ħadd fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.