Ġie inawgurat it-tielet ħelikopter tat-tip AW139 tal-Forzi Armati ta’ Malta. Ħelikopter li hu stmat għal iktar minn €13-il miljun.
Fl-aħħar snin pajjiżna ra investiment ta’ €75 miljun f’dawk li huma fondi Ewropej mill-Internal Security Fund.
Dan l-investiment ġdid f’ekwipaġġament u taħriġ imur id f’id mal-ħidma li saret biex pajjiżna jkun fl-aqwa pożizzjoni biex jiżgura s-sigurtà tiegħu u l-fruntieri Ewropej, filwaqt li jkun preżenti u relevanti fis-salvataġġ tal-ħajjiet fil-baħar.