Il-Kabinett approva strateġija ġdida ta’ ħames snin għas-Servizz Pubbliku, bil-viżjoni aħħarija tkun li jkun hemm servizz ta’ eċċellenza.
Dan intqal mill-Prim Ministru Robert Abela waqt il-ftuħ tas-sena akkademika tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi u anke tfakkar il-ħames anniversarju mill-ftuħ ta’ dan l-istitut.
Qal, “Strateġija li teħodna għal ħames snin illi ġejjin ibbażata fuq tliet pillastri ewlenin: in-nies, primarjament in-nies; it-teknoloġija u s-servizz, li jħaddnu imbagħad il-prinċipju tant importanti tal-kwalità, tal-kontabilità u tas-sostennibiltà.”
Dan l-Istitut se joffri mitejn u sebgħin kors u s’issa kien hemm madwar elfejn u ħames mitt applikazzjoni għall-ewwel nofs tas-sena.
Din is-sena, dan l-Istitut se jkollu l-ewwel studenti li huma full-time.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal kif dan il-gvern li jemmen fin-nies, li jippremja l-bżulija u li jinċentiva lin-nies.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar li qal li dan l-istitut kien importanti għat-tiġdid li seħħ fis-Servizz Pubbliku.
Qal kif tul dawn l-aħħar ħames snin, dan l-istitut ħareġ mijiet ta’ persuna.
Spjega, “Nemmnu li t-taħriġ huwa parti integrali għat-titjib tas-Servizz Pubbliku. Dak huwa ismu, l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi, li ismu stess jagħti tfissira tal-missjoni tiegħu.”