Il-kantant u kompożitur prolifiku Malti Philip Vella ppreżenta d-diska ta’ kanzunetta dwar il-Papa fl-eqqel tal-pandemija, lil Papa innifsu.
Il-kanzunetta ‘Rajt Raġel’ tirrakkonta x-xeni tal-Papa jitlob waħdu fi pjazza San Pietru fil-Vatikan taħ xita qliel fl-eqqel u l-kliem tal-kanzunetta huma ispirati minn poeta Taljan u l-lirika nqelbet bil-Malti mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.
L-esperjenza unika li kellu Vella ġiet rappurtata bi prominenza minn Rome Reports, midja li tirrapporta b’mod esklussiv bosta aħbarijiet marbuta mas-Santa Sede.
F’dan ir-rapport intqal li Papa Franġisku feraħ xħin Philip Vella qallu li hu minn Malta u saħaq li qed iħares ’il quddiem għaż-żjara tal-Papa f’Diċembru.
Minkejja li sa issa għad ma hemmx tħabbira uffiċjali, iż-żjara tal-Kap tal-Knisja Kattolika f’Malta tidher li hi iżjed imminenti.