Fl-Ingilterra żgħażagħ taħt it-tmintax-il sena mhux se jitħallew jagħmlu l-botox u servizzi oħra marbuta mas-sbuħija li jinvolvu injezzjonijiet.
Din il-liġi l-ġdida ddaħħlet bl-għan li tipproteġġi liż-żgħażagħ, dan wara snin ta’ ħidma biex din l-industrija tiġi rregolarizzata.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Attivisti qalu kif ir-regoli mhux ħarxa biżżejjed.
Din il-projbizzjoni mhux se tkun qed issir fuq proċeduri oħra bħal dik li tissejjaħ “thread lift”, fejn persuna tgħamel din il-proċedura biex tikseb dehra ġdida u tbiddel il-forma ta’ għajnejha.