Il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Budget għas-sena d-dieħla kompla b’numru ta’ laqgħat bejn il-Gvern u l-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers, kif ukoll l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem.
Hawnhekk il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-politika l-ġdida tax-xogħol se tindirizza l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, kif ukoll it-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.
Il-Prim Ministru fisser ukoll li l-Gvern se jibqa’ kommess li jġib investiment ġdid biex l-ekonomija tibqa’ b’saħħitha.
Kemm il-UĦM kif ukoll l-MEA ddiskutew il-proposti tagħhom għall-Budget 2022. Il-Prim Minsitru ltaqa’ wkoll ma’ għaqdiet mill-qasam soċjali fosthom l-Alleanza Kontra l-Faqar, Caritas Malta u Mid-Dlam għad-Dawl.