Tlesta t-tħaffir tal-mina taħt l-art li ser tgħaqqad l-impjant tar-Reverse Osmosis f’Pembroke mal-imħażen tal-ilma f’Ta’ Qali.
Il-mina b’tul ta’ disa’ kilometri u nofs saret b’investiment ta’ €27.5 miljun, parti minnhom minn fondi Ewropej.
Din ser tkun qed tieħu l-ilma mir-Reverse Osmosis ġewwa Pembroke u tgħaddih fir-riservi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa Ta’ Qali.
Minn hemmhekk, l-ilma jitqassam fid-djar u l-akwati ta’ fiċ-ċentru tal-pajjiż permezz ta’ pajpijiet li għad iridu jitpoġġew tul il-mina kollha.
Permezz ta’ dan il-proġett ser tkun qed titjieb it-togħma u l-istabbiltà tal-kwalità tal-ilma matul is-sena.