Ikkundannat għomor il-ħabs l-uffiċjal tal-pulizija li qatel lil Sarah Everard wara li kien ħatafha, abbużaha sesswalment u qatilha.
Wayne Couzens ta’ 48 sena ħataf lil Everard ta’ 33 sena meta hija kienet fi triqitha lejn id-dar mingħand il-ħabiba tagħha f’Londra. Huwa kien arrestaha fuq akkużi fiergħa.
Huwa ħa lill-mara f’żona abbandunata viċin Dover, fejn hemm ipparkja l-karozza u abbuża sesswalment lil Everard. Wara li qatilha, ħaraq il-katavru u rema l-fdalijiet fil-pond.
Il-każ fit-tliet ta’ Marzu li għadda, Couzens ġie arrestat sitt ijiem wara fuq akkużi ta’ ħtif, abbuż u omiċidju.