Il-kulleġġ elettorali tal-Istati Uniti ċċertifika lil Donald Trump bħala President.
Dan minkejja l-isforzi li saru biex ikun miċħud mill-White House.
Sitt ġimgħat wara li rebaħ l-istħarriġ, ir-Repubblikan assigura l-270 vot li kienu meħtieġa biex tkun formalizzata r-rebħa tiegħu.
B’reazzjoni għar-rebħa, Donald Trump kien wiegħed li se jaħdem biex jgħaqqad lill-pajjiż u jkun il-President tal-Amerikani kollha.
Ir-riżultat se jitħabbar uffiċjalment fis-6 ta’ Jannar f’sessjoni konġunta speċjali tal-Kungress.