Illum il-pulizija se tressaq lil Glen Farrugia b’rabta mal-każ li seħħ jumejn ilu fl-inħawi ta’ Selmun fejn raġel mill-Ghana weġġa’ gravi wara li hu mifhum li waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari.
Ir-raġel allegatament tħalla minn xi ħadd mixħut fuq il-bankina jokrob bl-uġigħ wara li oriġinarjament qalulu li se jieħduh l-isptar.
Glen Farrugia huwa wieħed mid-diretturi tal-kumpanija J&G Farrugia Contractors.
Skont l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, Farrugia mhuwiex membru tal-MDA u lanqas huwa reġistrat bħala kuntrattur.
Farrugia se jitressaq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu.