Raġel ta’ 50 sena minn San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq Reġjonali, taħt il-mini ta’ Santa Venera.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija, jidher li kienet saret ħabta bejn mutur Honda SH150 misjuq mir-raġel u karozza tal-għamla Mazda Demio misjuqa minn ġuvni ta’ 29 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.