Ġewwa r-Royal Albert Hall, f’Londra ġie mniedi ”No Time To Die” il-film il-ġdid ta’ 007. L-attur Daniel Craig, ta’ 53 sena wasal għall-‘premier’ liebes dinner-jacket tas-sued ta’ lewn roża skur.
Charles, Camilla, William u Kate mill-familja Rjali kienu preżenti ma’ l-attur Craig fuq it-tapit l-aħmar.
‘No Time To Die huwa l-25 film ta’ Bond u ser ikun l-aħħar film li fih ser naraw lil Craig bħala 007. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 dan il-film ittardja b’aktar minn sena, iżda ser joħroġ fiċ-ċinema tar-Renju Unit il-Ħamis fl-aħħar jum ta’ Settembru