Meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-Konferenza tas-Soċjalisti Ewropej li qed titlaqqa’ f’pajjiżna bħalissa fejn hawn numru ta’ Membri Parlamentari Ewropej, il-Prim Ministru Robert Abela għadda rimarki dwar il-każ li fih ħaddiem barrani allegatament tħalla mal-ġenb ta’ triq fil-Mellieħa wara li waqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari.
Il-Prim Ministru stqarr li jekk l-allegat każ jiġi ppruvat li veru, dan mhux aċċettabli u li l-investigazzjonijiet tal-pulizija diġà jinsabu għaddejjin.
Ara wkoll: