Redeemer Cauchi ta’ 24 sena mill-Marsa nħeles mill-arrest wara li ġie mixli li seraq il-ġojjelli ta’ oħtu.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkuża ta’ serq aggravat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti ntqal li kienet oħtu li għamlet rapport mal-Pulizija wara li sabet il-ġojjelli nieqsa.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba sabet l-oġġeżżjoni tal-prosekuzzjoni hekk kif l-akkużat għadu jgħix mal-vittma.
Intqal ukoll li r-raġel għandu problema tad-droga.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ erba’ mitt ewro u garanzija personali ta’ tlett elef ewro.