Il-kantanta popolari Janice Mangion magħrufha fost l-oħrajn għas-suċċess tal-kanzunetta kewkba, f’kitba fuq il-midja soċjali tagħha, ħabret li bdiet avventura ġdida!
Janice flimkien ma’ oħtha Christa, qalet li wara xhur twal ta’ ħidma u ljieli bla rqad, ser tibda negozju ġdid. Uffiċjalment fetħu ħanut ta’ ikel sustanzjuż f’Birkirkara. Janice qaltilna li ser tibda sservi ħaxix, frott, lewż, żerriegħa, legumi u ħafna ikel u ingredjenti oħra li nistgħu ninkludu fid-dieta tagħna.
one.com.mt jawgura lill-aħwa Janice u Christa f’din l-avventura ġdida tan-negozju tagħhom.