Tliet kantanti żgħażagħ Maltin ġew magħżula biex imorru l-Italja fil-ġranet li ġejjin biex jieħdu sehem f’programm televiżiv bl-isem IBAND.
Gaia Gambuzza ta’ 12-il sena, Nathaniel Attard ta’ 16-il sena u Michela Deguara ta’ 22 sena ser jipparteċipaw fl-iskeda tax-xitwa li ġejjha fuq l-istazzjon La5.
Dawn iż-żgħażagħ se jmorru fl-istudjos ta’ Mediaset f’Milan, fejn hemm ser jingħaqdu ma’ kantanti Taljani. Dan il-programm ser ikun immexxi minn Claudio Guerrini u Crisula Stafida filwaqt li fil-ġurija hemm il-kantanta popolari Fiodaliso flimkien mal-kantant Marco Carta. Magħhom ser jingħaqad il-mużiċist bravu Franċiż Jimmy Sax.
one.com.mt jifraħ lil dawn iż-żgħażagħ għal din l-opportunita’.