Żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Qormi ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fil-Gudja.
ll-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Hyosung RX125D misjuq minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Qormi u Toyota Vitz misjuqa minn tfajla ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.