L-Erbgħa fis-6pm, il-kok bravu Manuel Aquilina, jirritorna fuq ONE, bil-programm: ”What’s Cooking?” Bla dubju, ħafna jiftakru lil Manuel fuq dan l-istazzjon, iżda wara nuqqas ta’ żewġ skedi, f’dan l-istaġun qed naraw ir-ritorn tiegħu.
Manuel jistqarr li jinsab grat u milqugħ lura f’dan l-istazzjon, l-istess stazzjon li fih ra l-bidu tiegħu 24 sena ilu. Iħoss li b’umilta’ japprezza l-lealta’ assoluta tas-segwaċi ta’ ONE li dejjem segwewh tul il-karriera tiegħu. Għal Manuel, ONE dejjem iqanqal fih ċertu emozzjonijiet u memorji, b’mod partikolari meta jiftakar kemm-il programm xandar mill-kumpless u l-istudjos ta’ dan l-istazzjon.
What’s cooking? huwa programm qasir u għalhekk mexxej ħafna li ser jimxi b’mod kurrenti ma’ dak li qed toffri d-dinja kulinarja llum.
Il-programm għandu wkoll repetizzjoni l-Ġimgħa, fl-4:15pm