Żagħżugħ mill-Isla ma nżammx responsabbli li kkaġuna l-mewt ta’ oħtu ta’ 12-il sena f’inċident tat-traffiku fatali.
Dan l-inċident fatali li seħħ f’Mejju tal-2017 kien ħalla mejta lil Alashia Azzopardi, tifla ta’ 12-il sena taħt il-mina ta’ Għajn Dwieli.
Fil-Qorti ma ġiex eskluż li kienet ħsara fil-karozza misjuqa miż-żagħżugħ li wasslet għall-ħabta ma’ karozza oħra.
Fil-Qorti ntqal kif l-akkużat kien qed isuq fid-direzzjoni lejn Bormla u meta għafas il-brejk ħass il-karozza tiġbed.
Hawnhekk huwa pprova jaqla’ l-gear iżda l-karozza marret fuq in-naħa l-oħra tat-triq u ġara dan l-inċident.
Wara rapport li sar minn żewġ esperti, l-akkużat instab li ma kienx liebes ċintorin tas-sigurtà.
Il-Qorti tal-Appell kkonkludiet li l-akkużat ma saqx b’mod traskurat.
Intqal ukoll kif ma nġabet l-ebda prova li l-akkużat kien taħt l-influwenza tax-xorb.