Il-President Awstraljan Scott Morrison ta indikazzjoni li mhux ser ikun qed jattendi għall-Konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima.
Dan wara li l-Gvern tiegħu qed jaffaċċja kritika kontinwa fuq dan is-suġġett.
F’intervista Morrisson qal li għadu ma jafx hux sejjer jew le.
Is-summit tal-COP26 se jkun l-akbar avveniment internazzjonali dwar kif il-pajjiżi għandhom jindirizzaw il-kriżi serja tat-tibdil fil-klima.
F’dan is-summit il-mexxejja dinjija mistennija jħabbru miri ġodda biex jonqsu l-emmissjonijiet.