Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fit-triq mir-roundabout ta’ Triq Reggie Miller sal-mini tal-Univeristà direzzjoni lejn il-Belt Valletta, dal-lejl mid-21:00 ‘l quddiem, jekk it-temp jippermetti.
Waqt ix-xogħlijiet, din il-parti tat-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku għalhekk is-sewwieqa huma mitluba jevitaw l-inħawi.
Transport Malta fakkret lis-sewwieqa li din iż-żona hija sit tal-kostruzzjoni. Ħeġġet lis-sewwieqa jżommu mal-limitu ta’ veloċità ta’ 30km/hr, isegwu t-tabelli temporanji u jirrispettaw il-ħaddiema fuq is-sit.