Dan huwa żmien fejn l-Unjoni Ewropea għandha terġa’ tingħaqad u l-kultura żgur tista’ tkun strument li jgħaqqad il-popli Ewropej. Dan kien il-messaġġ ewlieni li wassal is-Segretarju Parlamentari Ian Borg meta ħabbar il-programm kulturali għas-sitt xhur li ġejjin, liema programm se jiżżewweġ ma’ dak politiku.
Iktar minn 1,100 artist, il-parti l-kbira Maltin, se jesponu t-talenti tagħhom f’24 belt madwar id-dinja b’rabta ma’ din it-tema.
Diversi attivitajiet se jsiru f’Malta u fi Brussell. L-ewwel attività kulturali f Malta se tkun fis-16 ta’ Jannar, b’kunċert fi Brussell fil-preżenza tal-kapijiet mill-istituzzjonijiet ewlenin Ewropej.
Ray Calleja, li tkellem minflok Albert Marshall f’isem l-Kunsill Malti għall-Arti, qal li l-presidenza hija pjattaforma għall-identità artistika Maltija. Qal li dan se jkun il-pont li jwassal għal Valletta 2018, u nnota li s-settura kulturali qatt s’issa ma kellu sfidi daqshekk kbar quddiemu.
Ic-chairman ta’ Valletta 2018 Jason Micallef qal li l-programm kulturali huwa b’saħħtu u fost oħrajn spjega li tul is-sitt xhur tal-presidenza Maltija, il-kunċett ta’ Strata Stretta se jkun ħaj, b’aktar minn 50 attività maħsuba apposta. Spjega wkoll li festivals poplari se jkunu flessibbli fl-ippjanar tad-dati, sabiex jakkomodaw il-presidenza. Fashion Week, per eżempju, se jkollha tema Ewropea.
Tkellem ukoll Arian Berg, direttur artistiku tal-programm kulturali tal-presidenza, li qal li l-presidenza se tkun ‘dress rehearsal’ għal meta l-Belt Valletta se tkun belt kapitali Ewropea. Saħaq dwar l-importanza ta’ bilanċ between il-wirt kulturali u viżjoni għal futur. Fuq kollox qal li ċ-ċittadini jridu jkunu fil-qalba tal-presidenza.