Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kemm ħabbar reshuffle. It-tibdil huwa kif ġej: Chris Fearne, s’issa Segretarju Parlamentari, ħa jkun promoss għal Ministru tas-Saħħa. Il-Prim Ministru ser ikun qed jieħu ħsieb is-settur tal-enerġija u l-proġetti tal-Gvern. Konrad Mizzi ser jibqa’ Ministru, għalkemm bla portafoll, u ser imexxi l-proġett tal-Power Station sakemm dan jitwettaq kif imwiegħed minn dan il-Gvern. Huwa mhux ser jibqa’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.
Leo Brincat, s’issa Ministru għall-Ambjent, ser ikun nominat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera ser ikun il-Ministru nkarigat mill-Ambjent. Manuel Mallia ser ikun Ministru inkgarigat mill-kompetittivita’ u suq diġitali.
Il-Prim Minsitru qal: “Il-kwistojni tal-Panama weġġgħatna politikament u personalment”. Qal li huwa l-ewwel wieħed li jistenna li l-affarijiet isiru aħjar. Minkejja li l-audits rikjesti għadhom ma ġewx konklużi, kollox jindika li m’hemmx flus involuti, u dan jagħti kunfidenza għal deċiżjoni bla dewmien.
Ir-rapporti mitluba jistenna li xorta jiġu pubblikati. L-għan hu li jimxi b’ġustizzja u jieħu deċiżjonijiet, filwaqt li jħares l-interess tal-pajjiż.