Daħlu fit-tielet ġurnata tagħhom il-protesti fil-kapitali Pollakka, Warsaw.
Protesti li qed isiru kontra l-pjanijiet tal-Gvern li jirristrinġu l-aċċess tal-ġurnalisti fil-parlament.
Il-protestanti nġabru fuq barra tal-parlament fejn l-membri tal-oppożizzjoni Pollakka komplew bi protesta li biha ma jridux joħorġu ‘l barra mill-binja.
Intant, is-Sibt il-ġurnalisti ltaqaw mal-ispeaker fejn iddiskutew ir-regoli l-ġodda.
Laqgħa li għalkemm fiha ma saru l-ebda avvanzi kbar, kien hemm sinjali ta’ kompromess li jista’ jintlaħaq wara laqgħa oħra li hemm skedata għall-jum tat-Tnejn.