15:20: Inħarqu mir-ribelli żewġ xarabankijiet li kellhom jevakwaw l-persuni morda u midruba miż-żewġ villaġġi miżmuma mill-gvern fil-provinċja ta’ Idlib.
Il-konvoj kien qed jivvjaġġa lejn Foah u Kefraya ġie asseddjat minn ġellieda ribelli.
Il-forzi favur il-Gvern qed jitolbu li n-nies jitħallew jitilqu mill-villaġġi ta’ Shia biex b’hekk tkompli l-evakwazzjoni mil-Lvant ta’ Aleppo.
Aktar Qabel: Eluf ta’ persuni ċivili jinsabu maqbuda f’kundizzjonijiet kritiċi f’Aleppo, fis-Sirja. Dan hekk kif in-nuqqas ta’ qbil fuq il-pjan ta’ evakwazzjoni kkawżaw dewmien.
Rapporti qed jgħidu li għadd ta’ nies qed jorqdu fit-toroq f’temperaturi baxxi bi ftit ikel jew kważi xejn.
Id-dewmien qed jingħad li kien ikkawżat minħabba argument fuq iċ-ċaqliq tan-nies ċivili minn żewġ żoni kkontrollati mill-gvern f’Idlib.