“Aleppo huwa post fejn it-tfal waqfu jibku.”
Hekk jirrakkonta ġurnalist ma’ Channel 4 li żar din il-belt Sirjana u nzerta familja ftit wara li ntlaqtet il-blokka ta’ appartamenti fejn kienet tgħix. Tarbija ta’ mhux aktar minn sentejn tidher fi stat qawwi ta’ xokk imma bilkemm tista’ tibki.
Tfajjel iżomm tarbija ta’ xahar mejta f’idu u jirrifjuta li jitlaqha.
Omm tgħajjat li qatlula lill-uliedha kollha.
Eluf jinsabu maqbuda f’kundizzjoniet ta’ disprament, filwaqt li jkompli d-diżgwid dwar pjan ta’ evakwazzjoni ta’ persuni ċivili.