Fi tliet snin kienu ħdax-il elf persuna li gawdew mill-iskema tal- first time buyers.
Tagħrif ippubblikat illum jgħid mill-2014, meta l-iskema tħaddmet l-ewwel darba, wara l-ewwel baġit ta’ Gvern Laburista, saru 8,059 kuntratt. In-numru ta’ kuntratti huwa iżgħar min- numru ta’ persuni li bbenefikaw minn din l-iskema d-dawl li jkun hemm numru ta’ kuntratti fejn ix-xerrejja jkunu koppja u għalhekk tkun gawdiet iktar minn persuna waħda.
Din kienet meqjusa bħala waħda mill-aktar miżuri ta’ fejda għall-koppji żgħażagħ u permezz tagħha jkun hemm l-eżenzjoni mill-boll għal min jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu. B’din l-iskema ż-żgħażagħ jiffrankaw sa massimu ta’ 5,000 ewro fuq l-ewwel dar tagħhom. Fl-2014 saru 2,935 kuntratt taħt din l-iskema u gawdew 4,009. Fl-2015 saru 2,905 kuntratt u gawdew 4,043 persuna u sal-14 ta’ Diċembru kienu saru 2,219–il kuntratt bil-benefiċjarji jkunu 2,964.