Tul dawn l-aħħar sitt sigħat numru ta’ pazjenti fl-Isptar Mater Dei u Karen Grech nstabu li għandhom bidu ta’ gastritis.
Kif jiġri dejjem, l-Isptar implimenta prekwazzjonijiet biex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-infezzjoni. Dan billi pazjenti ġodda mhux se jkunu qed jitħallew jidħlu f’numru ta’ kmamar li fihom instab li hemm dawn il-każijiet.
Persuni li se jkunu qed iżuru lil xi ħadd l-Isptar f’kmamar indikati li hemm każijiet ta’ gastritis qed jiġu mitluba biex jaħslu idhom sew qabel jitilqu mill-kamra.
Bħalissa għaddejja investigazzjoni flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika biex tiġi identifikata x’setgħet kienet il-kawża ta’ dawn il-każijiet.