Fit-tliet snin li ġejjin, il-Bank of Valletta se jżid il-Kapital tieghu b’bejn €150 u €200 miljun.
Dan bil-għan li jissaħħaħ izjed u jkun preparat għal kull eventwalità. Hekk kif dan kien wieħed mill-punti li fuqhom Fitch tat downgrade lil dan il-Bank.
Filfatt wara l-kriżi finanzjarja tal-2008, saret pressjoni ikbar fuq il-banek biex ikollhom strutturi u kapital biżżejjed biex f’każi ta’ kriżi, ikunu jistgħu jibqgħu joperaw mingħajr xkiel.
Bank li minkejja kollox fl-aħħar sena finanzjarja għamel profitt qabel it-taxxa ta €145.9 miljun, li meta aġġustat jiġi €118.4 miljun.
Intant il-ħlas ta’ Dividend Gross finali fuq l-ishma kien ta’ 8.5 ċentezmi u nofs fuq kull sehem. Żieda ta’ 9% fuq is-sena qabel.
Fl-istess waqt tħabbar l-għotja ta’ sehem għal kull 13 li l-azzjonist ikollu.