“F’Aleppo qed naraw ġenoċidju.” Dan kien kliem Mark Micallef li huwa d-Direttur ta’ Migrant Report. Fl-intervent tiegħu fuq Pjazza huwa sostna li qed naraw komunitá internazzjonali li konvenzjonalment qed tinjora s-sitwazzjoni f’Aleppo.
Huwa qal li quddiem dawn il-kriżijiet ġeopolitiċi kien fundamentali li l-komunitá internazzjonali tieħu deċiżjonijiet li jħallu riżultati. Preżentament, qed naraw pajjiżi li qed jiġbdu ħabel differenti u għalhekk quddiem xeni bħal dawn mhux jittieħdu d-deċiżjonijiet neċċessarji.