Wara snin ta’ kontroversja, il-Parlament Awstrijak għadda liġi li biha se jkun qed jieħu taħt idejh id-dar li fiha twieled Adolf Hitler fl-1889.
Is-sid Gerlinde Pommer ripetutament irrifjutat li tbiegħ id-dar li tinsab f’Braunau am Inn jew tħalli li jsiru rinovazzjonijiet.
Pommer issa se tirċievi kumpens. Iżda għadu mhux ċar x’se jkun qed jagħmel il-gvern bid-dar li fil-passat serviet bħala guesthouse.
L-awtoritajiet huma intiżi li jwaqqfu dan il-bini milli jservi ta’ tifkira għal dawk li huma favur in-Nazziżmu.
Id-deċiżjoni tal-Parlament ittemm kontroversja li ilha għaddejja snin bejn il-Gvern u s-sinjura Pommer, li llum hija pensjonanta.
Għal numru ta’ snin, il-Gvern ħallas lill-Pommer kera ġeneruża f’tentattiv biex jipprevjenu l-bini ta’ tliet sulari milli jintuża bħala sit għal dawk li huma favur in-Nazziżmu u kienu jaqblu mal-politika ta’ Hitler.