Ftehim biex tkun evakwata l-aħħar parti fil-Lvant t’Aleppo li kienet okkupata mir-ribelli reġa’ jinsab fis-seħħ. Dan intqal mill-ġellieda tal-oppożizzjoni, jum wara li l-ftehim preċedenti falla.
Ġellieda ribelli u nies ċivili fil-belt Sirjana kellhom ikunu evakwati kmieni l-Erbgħa, iżda l-ftehim ma kienx onorat.
Gruppi tar-ribelli qalu tard l-Erbgħa li l-evakwazzjonijiet se jsiru fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu.
Madanakollu, għad ma kienx hemm konferma s’issa la mill-gvern Sirjan u lanqas mill-ikbar alleat tagħha r-Russja.