Antonio Guterres li ħa post Ban ki Moon fejn se jkun is-segretarju Ġenerali l-ġdid għan-Nazzjonijiet Magħquda għandha. Guterres ħa l-ġurament tal-ħatra fil-kwartieri tan-Nazzjonijiet magħquda fi New York illum.
Preżenti kien hemm membri fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda.
Guterres għandu 67 sena u kellu karriera politika twila, serva bħala Prim Ministru għall-Portugal u bħala Kummissarju għoli għar-refuġjati fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda.
l-eks Segretarju Ġenerali Ban Ki Moon awgura lil Guterres u fakkru li quddiemha n-Nazzjonijiet Magħquda għandha sfidi kbar.
Fl-ewwel diskors tiegħu Guterres ressaq il-prijoritajiet li se jaħdem fuqhom. Irringrazzja lil Ban Ki Moon għal ħidma tiegħu, waħda li ta l-vuċi għad-drittijiet tal-bniedem u ratifikazzjoni tat-trattat f’Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.
Hu qal li meta ħa l-kariga ta’ Prim Ministru tal-Portugal, dak iż-żmien kienet għadha kif spiċċat il-gwerra l-bierda u fid-dinja kien hemm arja ta’ ottimiżmu li malajr spiċċat.
Spjega kif il-kunflitti saru kumplessi wisq, kien hem ksur ta’ drittijiet u diversi persuni spiċċaw ħarbu minn pajjiżhom kawża tat-terroriżmu.
“Issa hu ż-żmien li n-Nazzjonijiet Magħquda tirriforma, li tirrispondi iżjed u li tkun lesta għall-bidla. In-Nazzjonijiet Magħquda twieldet fi żmien il-gwerra u issa qiegħedin hawn għall-paċi,” qal Guterres.
Guterres qal li hu lest li jkun involut direttament biex tinstab solluzjoni għall-kunflitti. Qal li riforma minnhom li se ssir hi reviżjoni ta’ kif in-Nazzjonijiet Maqgħuda tirrispondi għat-terroriżmu.