Qed isir appell biex jinġabru firem indirizzati lill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjoanli, sabiex ma jkunux derportati numru ta’ immigranti Afrikani li ilhom hawn Malta imma ma’ jikkwalifikawx għall-ażil.
F’ittra mibgħuta anke bil-posta elettronika lill-mezzi tax-xandir minn Michael Briguglio, jingħad li dawk li qed jintalbu jmorru lejn art twelidhom skont kif titlob il-liġi saru membri tas-soċjetà Maltija u jikkontribwixxu lejha. Id-deportazzjoni, targumenta l-ittra li tista’ taqra hawn taħt, għandha effetti negattivi fejn jidħlu l-aspetti etiċi, soċjali u ekonomiċi – mhux biss fuq min imur lura imma anke fuq is-soċjetà Maltija.