Matul il-ġurnata tal-Ħadd, il-Partit Laburista għaddej b’maratona ġbir ta’ fondi fil-kumpless ONE. Din hija l-ewwel sena, li din il-maratona qed tittella fil-Marsa, bl-għan li l-pubbliku jkun jista’ jsegwi mill-qrib l-operat tal-istazzjon televiż u tar-radju ta’ ONE HD.
Il-maratona bdiet fl-14.00 u se tintemm fil-23.00. Il-Prim Ministru flimkien mal-amministrazzjoni tal-Partit se jkunu qed jipparteċipaw f’din il-maratona għall-ħabta tas-19.00.
Il-maratona qed tiġi trasmessa LIVE fuq l-istazzjon ONE.